Ikseb Għajnuna minn Abortion Support Network
Abort barra minn Malta huwa ħaġa pjuttost kumplessa biex torganizza, speċjalment matul il-pandemija li għaddejin minnha. Jekk trid għinuna u parir dwar kif tibbukkja abort barra minn Malta, ikkuntattja lil Abortion Support Network (ASN). ASN hija bbażata fir-Renju Unit li tassisti nisa f’Malta li għandhom bżonn jivvjaġġaw għal abort. Jistgħu jgħinuk issib kliniċi xierqa, jgħinuk tibbukkja titjiriet u akkomodazzjoni, u jistgħu saħansitra jgħinuk tħallas parti mill-ispejjeż tal-abort tiegħek jekk ma tistax taffordjahom.
Ikkuntattja lil Abortion Support Network billi ċċempel 27780991 jew 20341685. Jekk ma jwieġbux it-telefon, ħallilhom risposta u jċemplulek lura. Tista' wkoll tibgħatilhom email fuq info@asn.org.uk. ASN għandhom vountiera li titkellem bil-Malti, u voluntiera oħrajn li jitkellmu bl-Ingliż.
L-ASN tikkunsidra l-bżonnijiet finanzjarji tiegħek u tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali u mingħajr ġudizzju dwar il-metodu l-inqas għali ta' abort u vjaġġar. Jekk tingħata għotja migħand ASN, ASN tħallas il-klinika direttament, u b'hekk tnaqqas l-ammont li tħallas int. Jekk ikollok bżonn akkomodazzjoni qabel jew wara l-abort, ASN tirranġalek li toqgħod fid-dar ta' voluntier (fl-Ingilterra u l-Olanda biss) jew tipprovdik b'informazzjoni dwar akkomodazzjoni rħisa. Il-voluntiera jipprovdu post fejn toqgħod, ikel waqt li tkun magħhom, u f'xi każijiet jistgħu jipprovdu trasport lejn u lura mill-klinika.
Jekk tippreferi li jkollok abort bil-pilloli d-dar, xorta tista' ċċempel lil ASN u dawn jgħinuk billi jagħtuk informazzjoni fuq min jista' jipprovdilek pilloli għal abort. Pero', ftakar li tista wkoll tikkuntattja lill-organizzazzjonijiet li jipprovdu l-pilloli għal abort direttament.
Organizzazzjonijiet Pro-Choice f'Malta
Dawn li ġejjin huma organizzazzjonijiet u servizzi favur l-għażla f'Malta:
Family Planning Advisory Service (FPAS) : FPAS huwa servizz minn voluntiera pro-choice Maltin li jipprovdi informazzjoni lin-nies f’Malta dwar servizzi relatati mas-saħħa ripproduttiva. Jistgħu jagħtuk informazzjoni kunfidenzjali u parir dwar l-abort, il-kontraċezzjoni, u kull ħaġa oħra relatata mas-saħħa riproduttiva. Tista' ċċemplilhom fuq 27782758 jew għamel chat magħhom fuq www.fpas.mt.
NGOs:
Allied Healthcare for Choice
fondazzjoni integra
Young Progressive Beings
Evita lil Dawk Konta l-Għażla
F’Malta hemm preżenza qawwija ta’ gruppi kontra l-abort, u wħud minnhom saħansitra jirċievu fondi tal-gvern għall-operazzjonijiet tagħhom. Dawn huma magħrufa li jqarrqu bin-nisa billi jippretendu li joffru informazzjoni dwar l-abort biex iwaqqfuhom milli jagħmlu l-abort. It-tattiċi tagħhom jinkludu l-għoti ta’ informazzjoni falza u xkiel għal nisa li ser jagħmlu l-abort. Jistgħu saħansitra jirrapportawk lill-pulizija.
LifeNetwork Foundation Malta hija organizzazzjoni affiljata mal-grupp kontra l-LGBT u kontra d-drittijiet tan-nisa Agenda Europe. Dawn huma kontra l-abort u l-kontraċezzjoni f'kull forma. Permezz tas-"servizz ta' kriżi fit-tqala" tagħhom li jissejjaħ Life Line Malta, jagħtu informazzjoni ħażina u żbaljata biex jippruvaw jipperswadu lin-nisa biex ma jagħmlux abort u ma jużawx kontraċezzjoni. LifeNetwork topera wkoll “dar ta' kenn” imsejħa Dar Tgħanniqa t'Omm.
Jekk qed tfittex abort, għandek tibqa 'l bogħod minn dawn il-gruppi u kull servizz li joffru.